Il-White House ammettiet li fl-Istati Uniti m’hemmx biżżejjed materjal biex isiru t-testijiet għall-coronavirus, hekk kif komplew jiżdiedu l-każijiet ikkonfermati ta’ dan il-virus fiż-żewġ kosti.
Il-Viċi President Mike Pence qal li l-amministrazzjoni ta’ Trump mhux se tkun kapaċi tilħaq il-mira li jsir miljun test din il-ġimgħa.
Madwar id-dinja, l-awtoritajiet ikkonfermaw aktar minn 98,000 każ tal-virus.
Il-maġġoranza tal-każijiet – aktar minn 80,000 – huma fiċ-Ċina, minn fejn oriġina dan l-istess virus.
Ritratt: CDC