Ir-Russa Maria Efimova ma dehritx quddiem il-Qorti meta kellu jissokta l-każ li hemm kontriha wara li allegatament għamlet rapporti foloz fil-konfront ta’ numru ta’ uffiċjali tal-korp tal-pulizija.
Efimova hija r-Russa “whistleblower” li uża l-Kap Nazzjonalista, Simon Busuttil, fil-każ tal-gidba fuq il-kumpanija Egrant u l-familja tal-Prim Ministru.
Din mhix l-ewwel darba li hi ma telgħetx quddiem il-qorti anke jekk imsejħa u l-Maġistrat immulta €500 u ordna li darb oħra tittella’ b’arrest.
F’dan il-każ Efimova qed tiffaċja akkużi ta’ ħsara u inġurji fil-konfront tas-Supretendent tal-Pulizija Dennis Theuma u l-ispetturi Jonathan Ferris u Lara Butters.
U għalkemm Theuma u Butters telgħu l-Qorti kif mistenni minnhom dalgħodu hi baqgħet ma tfaċċatx. Dan mhux l-uniku każ li għandha l-Qorti fil-konfront tagħha tant li hi akkużata wkoll bi frodi.