Il-Whip tal-grupp parlamentari Laburista, is-Segretarju Parlamentari Andy Ellul, xejjen aħbar falza li ħareġ Net News aktar kmieni llum meta allega li saret xi laqgħa b’urġenza tal-grupp Parlamentari.
“Kulħadd jaf li niltaqgħu kull ġimgħa b’mod regolari u kważi dejjem fl-istess ħin,” kiteb Andy Ellul fuq il-paġna tiegħu tal-Facebook. “Forsi huma diffiċli jifhmuha din, imma hekk ikun Grupp Parlamentari b’saħħtu u organizzat.”
Huwa rrimarka li laqgħat urġenti għamilhom min keċċa lill-Kap tiegħu.