Il-grupp mużikali Westlife għandu l-pjan li jerġa’ jingħaqad. Dan wara li lura fl-2012 bosta fanatiċi ta’ dan il-grupp spiċċaw b’qalbhom maqsuma kif saru jafu li l-grupp tant favorit tagħhom kien se jisfaxxa fix-xejn. Iżda The Irish Sun rrapporta kif il-Westlife issa qed jippjanaw biex jerġgħu jingħaqdu u mhux hekk biss iżda saħansitra se jduru d-dinja b’kunċerti ġodda ma’ Universal Music Group
Iżda sors li tkellem ma’ din il-gazzetta qalilhom kif minkejja li uħud mill-membri tal-grupp iffirmaw u aċċettaw li jerġgħu lura, wieħed mill-membri, Brian McFadden, mhux se jkun qed jirritorna.
Jidher li tul dawn l-aħħar xhur kien hemm ħafna spekulazzjonijiet, iżda issa qed jingħad li l-kuntratti ġew iffirmati.
Żgur mhux forsi li dawk li kienu jsegwuhom fl-aqwa tagħhom se jkunu qed jistennew ir-ritorn tal-Westlife b’mużika ġdida.