Il-werriet tal-kumpanija Samsung Lee Jae Yong ġie kkundannat għal sentejn u sitt xhur ħabs minn Qorti għolja fil-Korea t’Isfel.
Huwa ġie akkużat b’tixħim li tinvolvi l-eks President tal-pajjiż Park Geun-hye li kien ukoll il-ħabs fuq tixħim u korruzzjoni.
Lee ilu l-kap de facto ta’ Samsung Electronics mill-2014.
Id-deċiżjoni x’aktarx li xxekklu fl-irwol futur tiegħu bħala ġgant tat-teknoloġija.
Huwa ħa t-tmexxija tal-kumpanija fl-2014 meta missieru Lee Kun-hee kien iddaħħal l-isptar b’attakk tal-qalb u miet f’Ottubru.
Lee kien ġa weħel sentenza fl-2017 fuq tixħim iżda s-sentenza tnaqqset u ġiet sospiża fl-appell.