“Intom naħseb kollha kemm intom irċevejtu żewġ ittri mingħand Eddie Fenech Adami meta kien Prim Ministru. F’April, f’Marzu 2003 u f’April 2003. Dawn huma żewġ ittri, intbagħtet waħda qabel ir-referendum tal-Ewropa u waħda qabel l-elezzjoni li ġiet wara. U ż-żewġ ittri huma bażikament l-istess. Jekk naqra ftit minn ta’ Marzu, il-Gvern Malti ġab rikonoxximent għall-kaċċa u l-insib tradizzjonali biex dawn jibqgħu jiġu pprattikati. Innegozjajna b’suċċess.”
Dan kien kliem dak, li llum hu l-Viċi Kap Nazzjonalista Alex Perici Calascione dwar ittri li kienu ntbagħtu mill-Gvern ta’ Eddie Fenech Adami lill-eluf ta’ kaċċaturi u nassaba qabel ir-referendum għad-dħul fl-Unjoni Ewropea u l-Elezzjoni Ġenerali tal-elfejn u tlieta.
Dakinhar Gvern Nazzjonalista u n-negozjaturi tiegħu mal-Unjoni Ewropea, fosthom Simon Busuttil, sostnew li kienu nnegozjaw b’suċċess biex il-prattiċi tradizzjonali tal-insib u l-kaċċa jibqgħu jiġu pprattikati.
Madankollu l-kaċċaturi u nassaba dlonk indunaw li kienu ġew ingannati meta, ftit tas-snin biss wara, il-Gvern Nazzjonalista ta’ Lawrence Gonzi kien waqqaf l-insib u l-ftuħ tal-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa.
Dik id-deċiżjoni ħalliet togħma morra mad-dilettanti kollha, iżda kull tħassib u rabja li ntwera dak iż-żmien u wara kien biss “teatrini” skont Simon Busuttil.
“Fl-ittra hawnhekk qegħda li l-kaċċaturi u n-nassaba se jkomplu jipprattikaw id-delizzju tagħhom fis-sħiħ. Is-sħiħ jien nifhimha llum f’Settembru naqqsu l-ħinijiet, f’April daħħalna ħamsin ewro oħra. Imma int qed tkellem lili jew ħabba l-cameras ħa nagħmlu teatrin.
Dan il-logħob bl-imħuħ tad-dilettanti tal-kaċċa u l-insib kien wassal ukoll għal problemi ta’ saħħa mentali fost aktar minn sittin fil-mija tad-dilettanti.
Dan kien ġie konkluż fi studju maħruġ mill-Assoċjazzjoni Maltija għall-Infermieri tas-Saħħa Mentali.
“The survey was taken on a three month period which was when the ban on hunting had already been imposed and the ban on trapping was about to be imposed. The one variable that was constant in this sample was the change in legislation.”
L-aħħar pożizzjoni tal-Partit Nazzjonalista b’rabta mad-deċiżjoni maħruġa l-Erbgħa mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ftit biddlet min-narrattiva tiegħu dwar is-settur.
Fil-fatt, fi stqarrija dakinhar, il-Partit Laburista sostna li bih fil-Gvern kien u se jibqa’ jissalvagwardja d-drittijjet tan-nassaba u l-kaċċaturi Maltin u Għawdxin.
Dan bil-kontra tal-Oppożizzjoni li meta kellha l-poter f’idejha, wegħdet ħafna, iżda meta ġiet iffaċċjata bi sfidi, iddeċidiet li tagħlaq l-istaġun u ma tagħmel xejn.