Fi stqarrija il-Wasteserv sostniet li l-management tal-kumpanija u anke l-ħaddiema tagħha qed jiċħdu kull akkuża li huma responsabbli għall-mewt ta’ Joseph Ellul.
Ellul tilef ħajtu traġikament lura fl-10 ta’ Mejju wara f’inċident fl-inċineratur tal-Wasteserv tal-Marsa.
Il-Wasteserv ħarġet b’din l-istqarrija wara li l-avukat tal-għaqda Repubblika Jason Azzopardi ppubblika parti mill-inkjesta maġisterjali marbuta ma’ dan l-inċident u kwota partijiet minnha.
B’rabta ma’ dan il-Wasterserv sostniet li l-mewt tas-Sur Ellul seħħ kawża ta’ inċident li ma setax jiġi prevvist filwaqt li sar kollox biex ikun hemm is-sostenn kollu lill-qraba tal-vittma.
Il-Wasteserv ikkundannat ukoll lil Jason Azzopardi mingħajr ebda riservi hekk kif sostniet li qed jippreġudika l-preżuzjoni tal-innoċenza u l-kors tal-ġustizzja fil-konfront tal-persuni msemmija. Hawn sostniet li Azzopardi qed jagħmel dan permezz ta’ leak mhux awtorizzata mill-Qorti.
Fl-istess waqt, il-Wasteserv irrimarkat li ħadd mill-management tagħha ma huwa mgħarraf bil-konklużjonijiet tal-inkjesta u ma tistax tikkumenta fuq l-inċident hekk kif hemm proċeduri legali għaddejjin.