Il-Covid Wage Supplement se jkun estiż għax-xahar ta’ Marzu.
Ħabbret dan il-Ministru għall-Intrapriża Miriam Dalli, fejn qalet li permezz ta’ din l-għajnuna, il-Gvern se jibqa’ jgħin u jservi ta’ spalla għan-negozji Maltin u Għawdxin.
Sal-aħħar tas-sena 2021, il-Gvern ħareġ mas-€653 miljun f’għajnuna tal-Covid Wage Supplement biex żamm il-kumpaniji u n-negozji għaddejjin u jipproteġi l-ħaddiema Maltin u Għawdxin.
Dan assigura biex pajjiżna jkollu l-inqas rata ta’ qgħad fl-Unjoni Ewropea.
Bil-Wage Supplement huwa stmat li gawdew mas-17,000 negozju self-employed u kumpaniji żgħar, ta’ daqs medju u kbar, li jissarrfu f’paga ta’ 105,000 impjegat.