Tnediet konsultazzjoni pubblika b’rabta mal-Politika Nazzjonali dwar it-tfal. Din il-Politika hija mfassla fuq erba’ sisien importanti: Is-saħħa u l-ambjent, il-familja u r-relazzjonijiet, l-edukazzjoni u l-iżvillupp kif ukoll il-kommunita’ u l-Istat.
Għal din il-konsultazzjoni pubblika tressaq dokument li jispjega l-ħidma li għandha issir biex l-istess politika tkun implimentata. Fost l-oħrajn il-ħtieġa li jkompli jonqos l-assenteiżmu fost l-istudenti u li tiġi miġġielda kull forma ta’ diskriminazzjoni li jistgħu jkunu affettwata minnha tfal emarġinati. Din il-konsultazzjoni tagħlaq fit- 30 ta’ Ottubru.
Jekk inti tixtieq li tressaq l-ideat tiegħek tista’ tibgħat e-mail fuq childrenpolicy.mfss@gov.mt jew ċċempel fuq 25 903 062.