Il-Ministru għall-Ekonomija u l-Intrapriżi u Negozji Żgħar, Silvio Schembri spjega waqt konferenza tal-aħbarijiet kmieni dalgħodu li l-vouchers ta’ mitt ewro li se jirċevuhom persuni ‘l fuq minn sittax -il sena biex jintefqu f’negozji u postijiet ta’ akkomodazzjoni turistika ser jintbagħtu permezz ta’ posta rreġistrata.
Il-pubbliku irid jiffirma għal dawn il-vouchers li se jaslu fil-jiem li ġejjin sabiex ma jkunx hemm abbuż. Qal ukoll li l-vouchers ħa jkun b’kuluri partikolari biex juri fejn u kif il-voucher jista’ jintnefaq f’dawn it-tliet xhur.