Ftit minuti wara li l-Partit Nazzjonalista prova jagħti x’jifhem li kien hemm xi voti mitlufa, ħareġ li dan ma kienx minnu.
Il-Partit Nazzjonalista qal li 509 vot ta’ Beppe Fenech Adami kienu ntilfu meta fil-verità dawn kienu ntefaw bi żball fil-kaxxa ta’ kandidat ieħor Nazzjonalista, Jean-Pierre Debono u nstabu ftit minuti wara.
Il-Partit Nazzjonalista ried jagħti l-impressjoni li dawn il-voti kienu ntilfu mill-Kummissjoni Elettorali meta fil-verità l-proċess elettorali jsir taħt is-sorveljanza tal-aġenti taż-żewġ Partiti u b’hekk żgur li ma setgħax kien hemm lok ta’ xi nuqqas mill-Kummissjoni.