Il-Kummissjoni Elettorali tavża lil dawk il-votanti li ser ikunu msiefra jew rikoverati fi sptar f’jum il-votazzjoni nhar is-Sibt, it-8 ta’ Ġunju, 2024, u li ser jagħmlu dan b’dikjarazzjoni sabiex ikunu jistgħu jivvotaw nhar is-Sibt, l-1 ta’ Ġunju, 2024, għandhom jagħmlu din id-dikjarazzjoni sa nofsinhar tal-Ġimgħa, il-31 ta’ Mejju, 2024, skont il-ħinijiet murija hawn taħt:
Mit-8.00 a.m. tat-Tlieta, is-16 ta’ April, 2024, sa nofsinhar
tal-Ġimgħa, il-31 ta’ Mejju, 2024 (ħin ta’ Malta)
Online – website: www.electoral.gov.mt/advancedtransfer
_________________
Fl-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali, Kumpless tal-Għadd tal-Voti, Ex-Trade Fair Grounds, in-Naxxar u fl-Uffiċċju Elettorali, Sezzjoni tal-Karta tal-Identità, Pjazza San Franġisk, ir-Rabat, Għawdex
Mit-Tlieta, it-30 ta’ April, 2024
Mit-8.00 a.m. sas-1.00 p.m.
u mit-3.00 p.m. sat-8.00 p.m.
Il-Ġimgħa, il-31 ta’ Mejju, 2024, l-aħħar jum:
Mit-8.00 a.m. sa nofsinhar.
Kull applikant għandu jġib il-karta tal-Identità tiegħu.
Il-Kummissjoni Elettorali tavża lill-votanti li jikkwalifikaw biex jivvotaw fl-1 ta’ Ġunju illi jrid ikollhom id-dokument tal-vot u li dawk irreġistrati Malta jivvotaw fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar u dawk il-votanti rreġistrati fuq Għawdex jivvotaw fil-Farm Sperimentali tal-Gvern, Triq l-Imġarr, ix-Xewkija.
Ara wkoll: