Filwaqt li għada l-membri tal-Kamra tar-Rappreżentanti se jkunu qed jivvotaw fuq riżoluzzjoni parlamentari biex jinbidlu l-kundizzjonijiet tal-att enfitewtiku tal-1957 għall-binja tal-General Workers’ Union fil-Belt Valletta – il-Workers’ Memorial Building, il-Partit Nazzjonalista qal li se jkun qed jivvotta kontra kif diġà għamel waqt id-disskussjoni plenarja f’Diċembru u waqt il-laqgħa tal-Kumitati fl-20 ta’ Novembru li għadda, biex jinbidel l-att tal-1957.
L-emenda se tippermetti lill-GWU tuża aħjar parti mill-WMB biex issosstni l-operat tagħha sabiex il-GWU tkun tista’ tissulloka żona li hi speċifikata legalment, tal-kwartieri ġenerali tagħha fi Triq in-Nofsinhar, taż-żewg sulari taħt l-art, u partijiet mis-sular t’isfel għall-entitajiet kummerċjali bil-maġġoranza tal-bini, li huwa legalment delineat, 3,800 metru kwadru għandu jintuża mill-GWU biss għall-attivitajiet trejdunjonistiċi.
Fl-2014, il-GWU ssullokat żewġ ħwienet f’ristorant, u l-kumpanija tal-Gvern ARMS, bil-fehma li s-sullokazzjoni kienet barra mill-ambitu tad-definizzjonijiet legali fl-enfitewsi.
Fl-2017, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil u l-grupp parlamentari kien fetaħ kawża kontra l-GWU għall-iżgumbrament mill-proprjetà tagħha, talli kisret l-att enfitewtiku li iżda dan l-att kien miċħud mill-Qorti ta’ Malta. Wara l-kawża, il-GWU talbet lill-Gvern biex jemenda l-kuntratt, bi prezz stabbilit u skont il-prattiċi, filwaqt li l-union għarfet li issa kellha tħallas lill-Istat fi ħlasijiet għall-kiri tal-imgħoddi.
Il-GWU se tħallas €1.99 miljun lill-Istat biex tinħeles minn parti minn din il-kundizzjoni, ċifra li tirriżulta mill-valutazzjoni ta’ perit indipendenti fuq il-valur tal-proprjetà immobbli u kirjiet tal-passat.
Permezz ta’ sullokazzjoni tal-partijiet tal-WMB mhux utilizzati, lil entitajiet kummerċjali, l-Istat qed jippermetti lill-unjin tissalvagwardja l-operat tagħha biex iżżomm il-missjoni storika tagħha li tipproteġi d-drittijiet tal-ħaddiema.
L-editorjal tal-Malta Today rrefera għal dak li kiteb fl-istess gazzetta is-Segretarju Ġenerali tal-GWU Josef Bugeja li qal li filwaqt li l-Oppożizzjoni se tivvota kontra din il-mozzjoni, il-GWU ma tifhimx għaliex il-Partit Nazzjonalista irid idgħajjef l-akbar trejdjunjin f’ Malta, biex bħallikieku ikun qed jitgħabba bil-legat tal-eks kap tagħha, li ried ikeċċi lill-GWU mill-kwartieri ġenerali – każ klassiku ieħor ta’ stmerrija punittiva.