Il-Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil, appella lin-Nazzjonalisti biex jieħdu l-vot meta jitqassam f’dawn il-jiem.
Hu kien kostrett jagħmel dan l-appell wara li l-Partit Nazzjonalista ilu jumejn jipprova jdaħħal dubji dwar id-dokument imfassal u maħdum wara qbil bejn ir-rappreżentanti taż-żewġ partiti.
Lin-Nazzjonalisti qalilhom biex mhux biss jieħdu l-vot, iżda jieħdu ħsiebu.
Il-laqgħa fiż-Żejtun kienet iddominata minn appelli għan-Nazzjonalisti akkaniti.
B’Mario Galea jgħid ukoll li l-Partit Nazzjonalista lesti jċarċru demmhom kif sar fl-imgħoddi. Raymond Caruana qal li fit-3 ta’ Ġunju wieħed irid jara jekk il-poplu Malti hux intelliġenti.