Il-Veterans Malta Football Association ħabbret li tmien timijiet se jkunu qed jipparteċipaw fil-VMFA Premier League għall-istaġun 2024/25. Dawn huma Birkirkara St Helen’s, Floriana FC, Gżira United, Hibernians, Malta Football Players Association, Rabat, Żejtun Red Stars u Żurrieq Wolves.
Floriana se jkunu qed jiddebuttaw f’din l-assoċjazzjoni filwaqt li kien hemm l-irtirar ta’ Luxol St Andrew’s. L-istaġun se jibda bid-David Cluett Cup li waslet fit-tielet edizzjoni tagħha u li se tintlagħab f’nofs Settembru bil-kampjonat li hu skedat li jibda fil-bidu t’Ottubru.
Iċ-champions tal-istaġun li għadda kienu MFPA li kisbu treble wara li rebħu wkoll id-David Cluett Memorial Cup u l-kompetizzjoni knock-out.