Żgur li mhux l-ewwel darba li tkun fuq titjira u ta’ ħdejk ikollha tarbija li jew ma tkunx trid tieqaf tibki jew tibda tħossha skomda fuq ommha. Iżda, dan rari kien ikun il-każ fl-1953, hekk kif ritratti jixdhu kif linja tal-ajru kienet qed tagħmel ħilitiha biex tipprovdi l-aqwa esperjenza, kemm għat-trabi kif ukoll għall-passiġġieri oħra li jkunu fuq l-istess titjira.
Ir-ritratti juru kif il-British Overseas Airways Corporation (BOAC), il-predeċessur tal-British Airways, kienu ħolqu tip ta’ sodod tat-trabi li jiddendlu fuq is-seats tal-aruplan.
Filwaqt li t-tarbija seta’ jorqod f’din is-‘sodda’, il-ġenituri riedu jżommu lit-tarbija fuqhom, kemm meta jitla’ l-ajruplan u kif ukoll meta jinżel (l-istess regola tapplika llum il-ġurnata).