Żagħżugħ ta’ erbgħa u għoxrin sena ammetta li seraq ċekkijiet minn appartamenti f’Tigne u sarrafhom biex isostni l-vizzju tad-droga.
L-akkuzzat instab ħati b’serq aggravat, bi frodi u li ffalsifika dokumenti.
Fis-sentenza tiegħu l-Maġistart Joe Mifsud innota li l-akkużat għaddej minn żmien diffiċli minħabba l-vizzju tad-droga u li piena ta’ ħabs mhix daqstant effettiva biex iż-żagħżugħ jieqaf minn dan il-vizzju. Saħaq li l-Qorti dejjem tat opportunità lill-vittmi tal-vizzju tad-droga biex jirriformaw u jiksbu lura ħajjithom.
Għaldaqstant, l-akkuzzat tpoġġa fuq ordni ta’ probation għal tliet snin u f’dan il-perjodu ngħata ordni biex isegwi numru ta’ trattamenti . Huwa ġie ordnat iħallas lura mija u ħamsin ewro li seraq fi żmien sitt xhur .