Żewġt irġiel akkużati b’ serq ta’ alkoħol inżammu taħt arrest wara li ma saritx it-talba għall-ħelsien mill-arrest.
Andre Borg ta’ 30 sena u Clayton Fenech ta’ 25 sena, t-tnejn saħqu li mgħandhomx saqaf fuq rashom u li jinsabu bla xogħol.
It-tnejn qed ikunu akkużati, f’każijiet separati, li serqu mal-€400 f’xorb alkoħoliku minn ħanut f’Ħal Qormi fl-14 ta’ Diċembru li għadda.
Fenech diġa’ għandu każ ta’ natura simili miftuħ u għalhekk kien identifikat mal-ewwel mill-Pulizija minn fuq il-kameras ta’ sorveljanza.
Il-Qorti laqgħet it-talba li Borg jinżamm fit-taqsima forensika tal-ħabs peress li għandu l-vizzju tad-droga.