Ftit jiem qabel jum il-Milied, fil-programm IT-TALKS ta’ din il-ġimgħa se jiġu diskussi l-vizzji
B’xi mod jew ieħor, kulħadd għandu xi vizzju żgħir u forsi kkontrollat, pero’ dan jista’ jsir eċċessiv u bla rażan. Ix-xiri, l-ikel bla kontroll, il-mowbajl, ħafna x-xogħol, indafa, u ħafna aktar. Fuq il-mejda ta’ IT-TALKS se jiġu diskussi dawn u anke l-vizzju serju tad-droga, l-alkoħol u l-logħob.
X’jagħmlek ‘addict’? Kull tip ta’ vizzju huwa ħażin? Kif tista’ ma taqax f’vizzju? Deċiżjoni żgħira tista’ twassal għal konsegwenzi kbar.
Segwi IT-TALKS, il-Ġimgħa 20 ta’ Diċembru fid-8:45pm fuq ONE