Il-proposta ewlenija ta’ Simon Busuttil fl-ekonomijia hija li se jitlob lill-esperti jtuh il-pariri.
Busuttil qal li se jkun qed jaħtar envoy speċjali biex itih il-pariri dwar kif jistgħu jisfruttaw is-sitwazzjoni Brexit.
Proposta oħra hi li jneħħi lin-nies mis-settur pubbliku. Jiġifieri b’Simon Busuttil bħala wieħed mill-kapijiet fit-tmun, ħafna nies ikollhom l-impjieg mhedded.
Mistoqsi dwar kemm qed jipproġetta li tikber l-ekonomija Maltija taħt tmexxija tiegħu, Simon Busuttil b’xi mod daħħal lil Keith Schembri fit-tweġiba tiegħu u ma ta ebda risposta.
“Read my lips” qal Busuttil, u kompla jsemmi lil Keith Schembri, meta mistoqsi domanda bażika marbuta mat-tema tal-press conference tal-llum.
Qoxqox għal kollox minn spjegazzjonijiet dwar kif se jiżgura li s-suċċess ekonomiku Malti jkompli jitjieb, Busuttil qal li dan is-suċċess huwa dovut għall-Partit Nazzjonalista. Imma insista li l-Partit Laburista fil-Gvern ma ħoloqx settur ekononimiku wieħed li hu wieħed ġdid. Mistoqsi dwar liema setturi eknonomiċi se joħloq hu, qal li se jkun qed jispjega aktar tard.
Intant fl-istess nifs li ħareġ f’attakk qawwi kontra investimenti li fil-fatt kellu jammetti li nġiebu lejn pajjiżna. Fosthom Crane Currency, il-ftehim mal-privat għal sptarijiet state-of-the-art, u l-investiment tal-American University of Malta fin-nofsinhar tal-pajjiż.
Qal li taħt il-Labour, is-settur tal-gaming se jistaġna, li l-barranin mhux se jiġu aktar Malta, u li s-suq tal-propjetà se jmur lura.
Minkejja dan ix-xenarju ta’ negattività qawwija li penġa Busuttil, qal li se jkompli jirreġistra surplus kull sena.
Żied jgħid li l-ewwel ħaġa li jagħmel Minsitru Nazzjonalist responsabbli minn Għawdex hu li jqatta l-karti mal-Vitals. Jiġifieri jżarma f’ħakka t’għajn il-pjan biex Għawdex isir punt ta’ referenza internazzjonali fil-qasam tas-saħħa.