Din is-sena, il-Vittoriosa Lawn Tennis Club qed jiċċelebra l-50 sena mit-twaqqif tiegħu b’Attivitajiet speċjali u eċitanti għall-Anniversarju.
Il-VLTC, xempju tal- komunità lokali tat-tennis, huwa kburi li jħabbar serje ta’ attivitajiet għaċ-ċelebrazzjoni tal-ħamsin anniversarju tiegħu. Mill-1974, il-VLTC, b’rispett lejn il-motto, NON NOBIS SED OMNIBUS, kien dejjem dedikat li jippromwovi l-isport tat-tennis u jħaddan komunità ta’ tennisti.
Filwaqt li titfakkar din il-mira, qed nistiednu lil dawk li għandhom għal qalbhom it-tennis, membri, familji, ħbieb u l-pubbliku biex jingħaqad magħna fiċ-ċelebrazzjonijiet tal-ħames deċennji ta’ tennis per eċċellenza. Matul din is-sena, fost attivitajiet oħra, barra numru ta’ tournaments lokali kważi għaddejjin kull xhar, se jiġu organizzati logħob għat-tfal għal kull età taħt il-15-il sena, ġurnata ta’ taħriġ għat-tfal ta’ skola primarja, kliniċi tat-tennis għaż-żgħażagħ, donazzjoni tad-demm, wirja tal-Istorja tal-wirt kbir tal-klabb u mumenti memorabbli minn ritratti antiki sa’ trofej ta’ kampjonati li minnhom infushom joħolqu vjaġġ ta’ nostalġija matul il-50 sena ta’ Storja tat-tennis. Hu maħsub li ssir żjara ta’ kortesija lill-Eċċellenza tiegħu, il-President ta’ Malta fejn jiġi ppreżentati cheque b’risq il-Community Chest Fund.
Attivitajiet oħra jinkludu taħdita ta’ tagħrif dwar l-effiċjenza tad-dawl u l-ilma mill-Aġenzija tal-Enerġija u l-Ilma, wirja ta’ pittura, kompetizzjoni tal-fotografija u wara wirja tar-ritratti rebbieħa, wirja tal-armi, maratoni tat-tennis (maratoni mal-lejl u mal-jum), jum sħiħ ta’ wirjiet tas-snajja, logħbiet-wirja. Il-VLTC jsir dar miftuħa għal dawk interessati, ta’ kull età u ħiliet varji biex jilagħbu mingħajr ħlas, sessjonijiet ta’ coaching, u xorb u ikel filwaqt li jiskopru mill-viċin is-sabiħ tat-tennis ġewwa l-VLTC. Jiġi organizzat ukoll Tournament tal-50 Anniversarju. Fil-ġranet ta’ qabel il-jum it-twaqqif tal-klabb, se tiġi organizzata quddiesa kommemorattiva fil-waqt fil-jum tal-għeluq tal-50 sena, se ssir ċerimonja kommemorattiva bil-kxif tal-lapida għall-okkazjoni. Kull dħul li jsir minn dawn l-attivitajiet se jmorru b’risq il-Community Chest Fund.
Id-dati u l-ħinijiet jitħabbru iktar tard.
Ninsabu kburin li qed niċċelebraw il-50 sena ta’ tennis per eċċellenza u spirtu ta’ komunità fil-Vittoriosa Lawn Tennis Club. Meta nħarsu lura lejn l-Istorja mimlija tlajja’ kif ukoll inżul, inħossuna grati għall-għajnuna mill-membri, voluntiera u mseħbin li mingħajrhom ma konniex naslu s’hawn.
Għal iktar informazzjoni dwar iċ-ċelebrazzjonijiet u l-attivitajiet tal-50 sena Anniversarju tal-Vittoriosa Lawn Tennis Club, żur is-sit www.vltc.com.mt jew il-paġna ta’ Facebook.