L-għargħar u x-xita qalila li hemm f’żewġ stati fl-Indja u partijiet fin-Nepal, wasslu biex in-numru ta’ vittmi, qabeż il-mija u ħamsin.
Mijiet ta’ djar inġarru mal-ilmijiet jew iġġarrfu bil-ġebel mal-valangi.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Minbarra dawk li tilfu ħajjithom, hemm għexieren oħra li għadhom irrappurtati nieqsa fiż-żewġ pajjiżi.
Fl-istati fejn hemm dan il-maltemp, ingħalqu l-iskejjel u ġew sospiżi l-attivitajiet reliġjużi u turistiċi.