Il-Prim Ministru Awstraljan Malcolm Turnbull qal li se jwassal apoloġija nazzjonali lill-vittmi minuri ta’ abbuż sesswali.
Il-wiegħda ta’ Turnbull ġiet wara l-konklużjoni ta’ inkjesta twila ta’ erbgħa snin, li sabet kif eluf ta’ tfal kienu abbużati f’istituzzjonijiet Awstraljani.
Ir-reati kriminali, li saru f’diversi deċenji, saru f’istituzzjonijiet bħal knejjes, skejjel u klabbs sportivi.
Turnbull qal li l-apoloġija se tingħata iktar tard dis-sena.