Hekk kif issuktaw l-isforzi ta’ salvataġġ u għajnuna umanitarja fil-gżejjer tal-Baħamas fil-Karibew, l-awtoritajiet qalu li l-vittmi kawża tal-uragan Dorian mistennija jkomplu jiżdiedu.
Il-ħajjiet li ntilfu f’dik li qed tkun deskritta bħala l-agħar maltempata fl-istorja tal-Baħamas, huma 23, iżda dan in-numru mistenni jiżdied b’mod sinifikanti fil-ħin li ġej.
L-uragan Dorian – li ħalla ħerba fil-Baħamas fl-aħħar jiem – jinsab riesaq lejn l-istati ta’ North Carolina u South Carolina fl-Istati Uniti.
Uffiċjali qalu li mijiet – u anki possibilment eluf – ta’ persuni jinsabu nieqsa f’Abacos u Grand Bahama.
Ritratt: Getty Images