Il-Pulizija f’Londra wissew li jista’ jkun li qatt mhu se jkunu jistgħu jidentifikaw lill-persuni kollha li mietu fin-nirien li ħakmu l-binja ta’ appartamenti fil-Punent ta’ Londra.
Is-servizzi ta’ emerġenza mistennija jqattgħu t-tielet jum konsekuttiv tagħhom ifittxu għall-iġsma fi Grenfell Tower f’North Kensington.
Sa issa sbatax-il persuna kienu kkonfermati mejta iżda mhux ikun eskluż li n-numru ta’ vittmi jkompli jiżdied b’għexieren għadhom irrapurtati nieqsa inkluż familji sħaħ.
Uffiċjali mid-dipartiment tal-protezzjoni ċivili qalu li mhux jistennew aktar persuni li salvaw minn dawn in-nirien filwaqt li l-Prim Ministru Ingliża Theresa May ordnat inkjesta pubblika.
Filwaqt li affaċjat kritika għaliex ma ltaqgħetx ma’ dawk li salvaw minn din it-traġedija waqt żjara li għamel fuq il-post il-Ħamis, hija sostniet li l-vittmi jixraqilhom tweġiba.