Il-vittma tal-omiċidju ta’ nhar il-Ħadd li għadda fil-Marsa huwa Eġizzjan ta’ 21 sena.
Ħabbret dan il-Pulizija fi stqarrija.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
B’rabta ma’ dan il-każ, il-Pulizija arrestat u ressqet il-Qorti Sudaniż ta’ 28 sena. Huwa kien tressaq il-Qorti nhar it-Tnejn wara nofsinhar, fejn baqa’ jinżamm arrestat.
L-Eġizzjan tilef ħajtu ftit wara li ttieħed l-Isptar Mater Dei wara li kien qala’ erba’ daqqiet ta’ sikkina f’sidru u f’daharu.
L-Inkjesta Maġisterjali u l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.