Nolan Farrugia ta’ 21 sena mis-Siġġiewi huwa l-vittma li tilef ħajtu f’inċident bil-mutur il-Ħamis filgħodu f’Ħal Luqa. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10:15 am fi Triq Ħal Qormi, meta Farrugia, li kien qed isuq il-mutur tat-tip Kymco Agility, ħabat ma’ trakk taż-żibel li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 56 sena li jgħix Ħal Għaxaq.
L-inċident seħħ ftit ‘il bogħod mill-kwartieri tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma.
Sorsi qalu lil one.com.mt li Farrugia kien ilu xahar biss isuq il-mutur.
Bil-każ ġiet inufrmata l-Maġistrat tal-Għassa Gabriella Vella, li ħatret diversi esperi biex jgħinuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.
Ara wkoll:
http://www.one.com.mt/2018/12/27/persuna-tindarab-fincident-ikrah-hafna-fhal-luqa-triq-maghluqa-ghat-traffiku-3/