Christ Zahra, missier ta’ żewġt itfal żgħar, huwa r-raġel li miet f’inċident fil-Port Ħieles.
Zahra ta’ 36 sena minn Ħal Safi miet it-Tlieta ftit wara l-ħamsa ta’ wara nofsinhar meta għal xi raġuni kontejner waqa’ fuq il-kabina tal-lifter tiegħu.
Kienu bosta li kienu jafuh, fosthom qraba u ħbieb, li esprimew id-dieqa għal mewt ta’ Zahra.
Kumment minnhom spjega kif Zahra kien raġel tal-familja u kien iħobb jieħu liż-żewġ uliedu jilagħbu l-bandli.
Oħrajn kitbu kif lil Zahra kienu jafuh il-gym.
Intant fi stqarrija, il-kumpanija li tmexxi l-Port Ħieles qalet li tinsab sogħbiena li tilfet wieħed mill-ħaddiema tagħha.
Malta Freeport Terminals tat il-kondoljanzi lill-familja ta’ Zahra.
https://www.one.com.mt/2020/09/29/aggornat-haddiem-fil-port-hieles-imut-wara-li-kontejner-waqa-fuq-il-kabina-tal-lifter-tieghu/