Jum il-Vitorja huwa tifkira tal-irwol kruċjali li Malta u ċ-ċittadini qalbiena tagħha kellhom fl-1565 u fit-Tieni Gwerra Dinjija. Illum infakkru lil dawk kollha li taw ħajjithom għal pajjiżna.
Dan kien kliem il-Prim Ministru Joseph Muscat hekk kif illum Malta tfakkar il-ħelsien mill-iktar żewġ gwerer kiefra li qatt ħakmu lil din il-gżira: l-Assedju l-Kbir tal-1565, u t-Tieni Gwerra Dinjija.
Bħal kull sena, diversi ċelebrazzjonijiet illum se jfakkru dawn il-ġrajjiet importanti, fosthom ir-Regatta Tradizzjonali fil-Port il-Kbir.
ONE News se jkun qed isegwi kull ċelebrazzjoni, biex fil-bulettin tal-lejla, is-segwaċi tagħna jkollhom togħma ta’ Jum il-Vitorja tipiku Malti!
#VictoryDay is a remembrance of the role that #Malta and its brave people played in the Great Siege of 1565 and World War II. We pay tribute to the brave women and men -JM
— Joseph Muscat (@JosephMuscat_JM) September 8, 2018