Għall-ewwel darba, l-attivitajiet ċeremonjali ta’ Jum il-Vittorja saru fil-Gżira Għawdxija.
Xi ħaġa li ntlaqgħet tajjeb mill-poplu tax-Xagħra li attenda bi ħġaru għal dawn l-attivitajiet li bdew fi pjazza ġdida inawgurata riċentaent.
Għal din iċ-ċerimonja attendew l-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż hekk kif tkun qed titfakkar waħda mill-ikbar ġrajjiet storiċi tal-pajjiż.
Tant li qabel il-quddiesa pontifikali, l-President tar-Repubblika spezzjonal il-gwardja tal-unur.
Din iċ-ċerimonja fix-Xagħra kienet possibbli għax il-gvern preżenti kien bidel il-protokoll biex il-quddiesa solenni tal-Vitorja ma baqgħetx issir fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt. Fejn għalija kienu jattendu primarjament mistiedna distinti bil-konkorrenza ma kinetx tkun waħda tajba.
Il-festa marret fost il-poplu, preċiżament il-lokalitajiet li jiċċelebraw il-festa ta’ Marija Bambina u għalhekk ta’ kull sena din iċ-ċerimonja qed tmur f’waħda mil-lokalitajiet tal-Isla, in-Naxxar, il-Mellieħa u x-Xagħra.
Xi ħaġa li n-nies ta’ dawk il-postijiet laqgħu bi ħġarhom b’kull darba l-quddies issir quddiem knisja mballata bin-nies.