Imut ir-raba persuna infettat bil-virus li laqgħat liċ-Ċina u li qed jinfirex madwar il-pajjiż b’rata mgħaġġla. Anzjan ta’ 89 kien l-aħħar vitma ta’ dan il-virus u li hu kien joqgħod f’Wuhan, il-belt minn fejn beda dan il-virus. L-awtoritajiet ikkonfermaw li dan il-virus jista’ jiġi trasmess minn persuna għal oħra.
S’issa ġew irrapurtati aktar minn 200 każ fi bliet ewlenin fiċ-Ċina, inkluż f’Beijing u Shanghai.
Fi stqarrija, l-Kummissjoni Muniċipali tas-Saħħa f’Wuhan qalet li minn tal-inqas 15-il persuna li jaħdmu fil-qasam tas-saħħa f’Wuhan ġew infettati bil-virus, b’ħaddiem minnhom f’qagħda kritika. Ilkoll qed jinżammu f’iżolament waqt li qed jingħataw il-kura.