Il-Gvern Nazzjonalista nefaq kważi €425,000 f’konsulenzi u ħidma relatata mal-proġett tal-Corporate Village li kellu jsir fl-Imrieħel – proġett li qatt ma qabad art.
Ix-xogħol preparatorju beda fl-2008, meta Alan Camilleri, dak iż-żmien Chairman tal-Malta Industrial Parks, qabbad lil Deloitte u lill-Architectural Projects Ltd biex jibdew iħejju stimi finanzjarji u kunċett ta’ żvilupp għal dan il-villaġġ.
Matul l-2010, ġiet ippublikata espressjoni ta’ interess għal iżvilupp tal-Corporate Village, li għaliha kien hemm disa’ sottomissjonijiet. F’Mejju tal- 2012 ntbagħtet talba għall-proposti lil kull waħda minn dawn is-sottomissjonijiet. Għalkemm din is-sejħa damet aktar minn tliet xhur miftuħa, kien hemm sottomissjoni waħda biss, li eventwalment ġie deċiż li ma kinitx konformi mat-termini speċifikati”.
Il-Ministru tenna li minħabba n-nuqqas ta’ interess li rriżulta ma sarx aktar xogħol fuq dan il-proġett, anke jekk bejn konsulenzi u kampanja promozzjonali, intefqu minn flus il-poplu €425,000.
Iktar dettalji fil-filmat