Fillwaqt li ftit tas-sigħat ilu tnediet b’mod uffiċjali aġenzija ġdida għal gwardja tal-kosta u fruntieri Ewropej, il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Frans Timmermans żar l-EASO f’Malta.
F’kummenti mal-ġurnalisti qal li huwa impressjonat bix-xogħol li jagħmel l-uffiċċju u kemm l-EASO huwa ospitat tajjeb f’Malta. Fl-istess ħin fakkar li l-operat ta’dan l-uffiċċju huwa x-xewqa ta’ miljuni ta’ ċittadini ewropej fil-prattika.
Min-naħa tiegħu, id-Direttur Eżekkuttiv Jose Carrier fakkar fl-operazzjonijiet li saru fl-aħħar xahar fejn eluf ta’ refuġjati kienu rilokati mill-Italja u l-Greċja sabiex is-sigurtá tal pajjiż ma tkunx mhedda. Iżda fid dawl li l-kriżi għadha hemm, EASO, għandha bżonn il-koperazzjoni mill-istati membri kif ukoll esperti mill-pajjiżi Ewropej jaħdmu mal-EASO.