Id-Deputat Prim Ministru Louis Grech flimkien mas-Segretarju Parlamentari Ian Borg iltaqgħu mal-Viċi President tal-Kummisjoni Ewropea inkarigat mis-suq komuni diġitali, Andrus Andsip.
Matul din iż-żjara, id-Deputat Prim Ministru ddiskuta mal-Viċi President il-preparamenti li għaddejjin bħalissa f’pajjiżna b’rabta mal-Presidenza tal-Unjoni Ewropea.
Grech sostna li pajjiżna dejjem kien favur mas-suq komuni diġitali, u li jikkunsidra dan is-suq bħala assi importanti ħafna.