Iż-żjara uffiċjali tal-Viċi President tal-Indja Venkaiah Naidu kompliet illum wara nofsinhar bi żjara għand l-iSpeaker Anġlu Farrugia.
Fil-Parlament apparti li l-Viċi President Indjan ġie milqugħ mill-iSpeaker iltaqa’ wkoll mal-kumitat parlamentari għall-affarijiet barranin.Ir-rappreżentanti Maltin u dawk Indjani tkellmu fuq ir-relazzjonijiet eċċellenti li hemm bejn iż-żewġ pajjiżi.
Fil-fatt Malta bdiet tibni l-ewwel relazzjonijiet bilaterali sa minn sena wara li Malta saret indipendenti.
L-iSpeaker rrikonoxxa li l-Kummissjoni Għolja Indjana mxiet mit-Tuneżija għal Malta b’mod permanenti.
Iż-żjara uffiċjali tal-Viċi President Indjan tkompli aktar tard b’laqgħa mal-Aġent Prim Ministru u Ministru għall-Ekonomija Chris Cardona u l-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Evarist Bartolo.
Il-Viċi President Indjan se jagħlaq l-appuntamenti uffiċjali tiegħu llejla meta se jieħu sehem f’business forum bejn negozjanti Maltin u dawk Indjani.
F’laqgħa oħra l-Viċi President Indjan ltaqa’ mal-Gvern Malti, fosthom mal-Aġent Prim Ministru u Minsitru għall-Ekonomija Chris Cardona, il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo u l-Minsitru għall-Affarijiet Barranin Carmelo Abela. –
Huma tkellmu dwar kif il-Gvern Malti u dak Indjan jistgħu jaħdmu aktar id f’id f’bosta setturi fosthom f’tal-blockchain, fit-teknoloġija informatika u fis-settur marittimu. Il-Viċi President fil-ħin li ġej se jkun qed jindirizza Business Frum għan-negozjanti Maltin u Indjani f’Malta.