Il-Viċi President tal-Istati Uniti Mike Pence laqa’ l-isforz li qed jagħmlu 11-il senatur Repubblikan li staqrru li se jkunu qed jirrifjutaw milli jiċċertifikaw ir-rebħa li għamel Joe Biden fl-elezzjoni presidenzjali li saret f’Novembru li għadda. Is-Senat huwa mistenni li japprovaw lil Biden bħala l-46 president Amerikan f’vot nhar is-6 ta’ Jannar.
Il-grupp ta’ senaturi mmexxija minn Ted Crud qed jgħidu li jridu aktar żmien biex jivverifikaw allegazzjonijiet bla bażi dwar frodi fl-elezzjoni. Dawn l-istess allegazzjonijiet kien għamilhom il-President Amerikan Donald Trump.
Pence kien waqaf milli jsostni dawn l-allegazzjonijiet, madanakollu fil-jum tas-Sibt qal li hu qed jaqsam l-istess tħassib li għandhom miljuni ta’ Amerikani dwar frodi u rregolaritajiet fl-elezzjoni li saret xaharejn ilu.