Fuq ix-xandir nazzjonali, il-Viċi Kap Nazzjonalista David Agius ftaħar li l-programm elettorali ta’ Bernard Grech fih it-terms & conditions, kundizzjonijiet li bihom biex tgawdi minn xi ħaġa, il-Partit Nazzjonalista idaħħlek fi spiża ikbar milli tgawdi.
“Qed jgħidilna li fih it-terms & reference u nieħu pjaċir biha għax għallinqas hemm xi ħaġa pożittiva bit-terms & conditions.”
Sat-Tlieta filgħaxija, tlett ijiem qabel tispiċċa l-kampanja elettorali, il-Partit Nazzjonalista għadu ma ħariġx il-costings, b’din kienet innutata mill-preżentatur u l-Viċi Kap Nazzjonalista qal li dan se joħroġ fis-sigħat li ġejjin.
PREŻENTATUR: “Tennejt li n-nies ħa jmorru jivvutaw u semmejt illi l-PN imħejji qabel il-Partit Laburista, iżda jidher li l-costings tal-manifest u tal-manifest kollha kienu għadhom ma rawx id-dawl tax-xemx. Kif qed tistenna li n-nies jivvutawlkom meta għad m’għandhomx kemm se jiswew il-proposti individwali?”
DAVID AGIUS: “Nieħu pjaċir li tgħidli hekk, imma fis-sigħat li ġejjin ovvjament.”
Meta mistoqsi għal darba oħra, David Agius qal li dan se jsir fis-sigħat li ġejjin. Dan meta s-Sibt u t-Tlieta diġà vvutaw eluf ta’ nies.
DANIEL MICALLEF: Nhar il-Ħadd ħa toħroġ?
DAVID AGIUS: U naħseb …
PREŻENTATUR: Nhar is-Sibt li ġej l-elezzjoni
DAVID AGIUS: U naħseb li …
PREŻENTATUR: Jiġifieri n-nies hemm barra kif ħa jivvutaw lil xi ħadd li għadu ma ħariġx il-costings. Taf x’qed ngħidlek.
DAVID AGIUS: Fis-sigħat li ġejjin.
F’dan il-programm kien hemm preżenti wkoll id-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista Daniel Micallef li innota kif il-Partit Nazzjonalista qal li kien preparat għall-elezzjoni u ħareġ verżjonijiet differenti tal-programm elettorali.
DANIEL MICALLEF: “Qalilna li kienu preparati. Int għandek il-manifest elettorali. Dik il-version fiha werrej? Fit-tielet paġna? Fiha table of contents.”
DAVID AGIUS: “Id-domandi jagħmilhom il-ġurnalist.”
DANIEL MICALLEF: “Ok. Biex tiddistingwixxi l-aħħar verżjoni tal-manifest, trid tmur fuq website.”
DAVID AGIUS: “Fil-werrej issa. Dik l-iktar ħaġa importanti.”
DANIEL MICALLEF: “Trid tmur fuq il-website.”
DAVID AGIUS: “L-aktar ħaġa importanti.”
DANIEL MICALLEF: “Le, le. Mhux għax l-aktar ħaġa importanti għaliex fl-aħħar verzjoni għamlu werrej. Jien hekk nagħrfu, tajjeb. Għalhekk ridt nara jekk għandekx il-werrej. U jekk tmur fuq il-website u tikklikkja fuq il-banner ta’ fuq jew isfel għandek żewġ verzjonijiet differenti sa nofs siegħu ilu għax iċċekkjajt.”
Il-Perit Daniel Micallef innota kif f’paġna minnhom tal-programm elettorali tal-Partit Nazzjonalista kellu proposti doppji.
“Kif tista’ tgħidli li tkunu preparati u tiftaħru b’pubblikazzjoni ta’ manifest meta jkollok erba’ proposti u erba’ proposti fuq l-istess paġna ripetuti. Copy, paste. Żball. Kieku tifel tal-Year 4 jew tifla jaqrawh qabel kienu jgħidulek il-534 u l-538 huma doppji. Lanqas qraw manifest qabel ippubblikawh.”
Intqal kif fl-ewwel verżjoni tal-programm elettorali tal-Partit ta’ Bernard Grech, kien hemm skema għal first-time buyers li minnha m’huma se jibbenefikaw xejn.
“Taf x’kien hemm Glenn, fl-ewwel verżjoni, l-għajnuniet lil first-time buyers jingħataw jekk jixtru propjetà ESG. Il-famuża ESG, li lanqas jafu xi tfisser. Kien ifisser li first-time buyers ma jibbenefika minn xejn.”
Id-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista qal kif dak li kien qed jiddibatti miegħu kien parti mill-Gvern ta’ Lawrence Gonzi, li vvota bil-qalb favur kontijiet ogħla.
“David Agius spalla ma’ spalla ma’ Lawrence Gonzi li meta kien hemm l-għafsa internazzjonali mar fil-Parlament u qal jien ngħolli l-kontijiet tad-dawl u l-ilma bil-qalb. David hemm kien u vvota favur l-għoli ta’ dawk il-kontijiet. Il-kontijiet taħt Partit Laburista, aħna għandna politika, hawnhekk fejn il-Partiti huma totalment distinti Glenn, aħna għandna politika ta’ stabbiltà.”
Il-ġurnalist staqsa lil dak li jrid ikun Deputat Prim Ministru dwar il-proposta ta’ biljun ewro li qed iwiegħed il-Partit Nazzjonalista b’self u Agius ħarab minnha.
PREŻENTATUR: “Sur Agius, il-PN waħda mill-proposti ewlenin tiegħu hija li joħloq għaxar setturi ekonomiċi ġodda u ħa jinvesti biljun ewro. Ma nafu xejn iżda fuq il-kif? Kemm? U meta? In-nies m’għandhomx idea liem settur ħa jibda l-ewwel, liem ħa jibda mill-qiegħ, liem ħa jkomplu jinvestu fuqhom.”
DAVID AGIUS: “Glenn naħseb it-track record tal-Partit Nazzjonalista fil-qasam ekonomiku biex joħloq setturi ġodda tal-ekonomija huwa b’saħħtu.”
Id-Deputat Mexxej Laburista nnota kif waħda mill-wegħdiet hija ta’ rifużjoni tat-taxxa għal dawk li ma jħallsux taxxa.
“Taf x’qed iwiegħed il-Partit Nazzjonalista? Qed iwiegħed rifużjoni ta’ għaxra fil-mija fuq it-taxxa lil dawk li ma jħallsux taxxa. Ten percent of zero is zero. U rajna fil-persentaġġi kemm jagħfġu għax kellna l-Kap Bernard Grech 25% ta’ €100,000 qalilna li huma €250,000. X’preparati, allaħares jingħataw iċ-ċans imexxu l-ekonomija, imma s-Sibt li ġej dik l-għażla li għandhom in-nies quddiemhom issa.”
Il-Viċi Kap Nazzjonalista reġa’ ħarab milli jwieġeb dwar wegħda oħra, bil-preżentatur jinnota dan ukoll li bilkemm ma ġiex attakkat ukoll minn David Agius.
PREŻENTATUR: “B’mod konkret imma kif ħa taħdem? Iġifieri liem ħa jibdew l-ewwel u kif?”
DAVID AGIUS: “Glen, jiena nieħu pjaċir li meta nibdew naqblu tippruvaw twaqqfuna.”PREŻENTATUR: “Ma weġibtnix fuq dawk imma nsomma.”