Il-Ministru Ġermaniż tal-ekonomija u viċi kanċillier għolla subgħajh tan-nofs lil grupp ta’ persuni li kienu qed jipprotestaw aktar kmieni dan ix-xahar. Sigmar Gabriel issa ddikjara li ma jiddispjaċiħ xejn li għamel hekk. Anzi, l-unika dispjaċir li għandu hu li m’għamilx il-mossa biż-żewġ idejn!
Gabriel, li jiġi dak repsonsabbli wara Angela Merkel, qal li wieħed għandu jaħseb x’kellu jagħmel quddiem grupp ta’ tnax-il żagħżugħ ‘Nazzist’ li kienu agressivi, użaw kiem oxxen u kienu lesti għall-ġlied.
Dan il-konfront seħħ fit-tramuntana tal-Ġermanja, u ż-żagħżagħ sejħulu traditur u semmew il-passat ta’ missieru.
Gabriel kemm-il darba tkellem dwar missieru, li kien jappoġġja lill-partit ta’ Hitler u ċaħad l-Olokawst sakemm miet fl-2012. Wieħed miż-żagħżagħ qallu “missierek kien iħobb lill-pajjiż, u inti qed tirrovinah.”
L-episodju jidher f’dan il-filmat.
https://www.youtube.com/watch?v=HUt2vlRHDYE