Il-vetturi kummerċjali se jingħataw il-permess li jipparkjaw fil-Belt Valletta fin-Notte Bianca.
Dan ħabbritu l-GRTU wara diskussjonijiet li kellha mas-Sindku tal-Belt Alexei Dingli fejn ġie deċiż li l-vetturi kummerċjali jkunu jistgħu jipparkjaw fil-Belt matul in-Notte Bianca.
Dan wara li aktar din il-ġimgħa s-sindku spjega li kienu se jkunu biss ir-residenti li jitħallew jipparkjaw fil-Belt wara s-13.00p.m u li dawk il-vetturi li ma jkollhomx il-permess kienu se jiġu ttowjati.