It-tim nazzjonali tal-veterani se jilgħab ir-raba’ partita ta’ ħbiberija tas-sena meta fiċ-Charles Abela Stadium jilagħbu kontra Whitegate United FC. Dan it-tim Ingliż ġej miż-żona ta’ Cheshire u ilu mwaqqaf mill-1959.
Il-kowċ Joe Micallef sejjaħ skwadra ta’ 18-il plejer għal din il-partita u dawn huma:
Goalkeeper: Roderick Debattista, Ivan Cassar.
Difensuri: Brian Said, Jeffrey Chetcuti, Carlo Mamo, Eric Saliba, Manuel Sevasta, Roderick Farrugia, Gareth Magri.
Midfielders: Kevin Sammut, Jonathan Bondin, Alan Tabone, Daniel Cremona, Luke Satariano, David Azzopardi.
Attakkanti: Ian Zammit, Ayrton Buhagiar, Adam Smeir.
Fil-partiti ta’ ħbiberija preċedenti, il-Veterani Maltin għelbu lil Iberos FC 3-1, lil Amfora Club Prague 4-1 filwaqt li tilfu 3-0 kontra Royal Navy FA.
Sadanittant il-logħba bejn il-Veterani Maltin u Whitegate United FC tibda fis-7pm u se tintlagħab fiċ-Charles Abela Stadium fil-Mosta.