Il-Veterani Maltin kisbu rebħa kbira ta’ 6-1 kontra l-Griegi ta’ TSOF 2012 Athens f’partita internazzjonali ta’ ħbiberija li ntlagħbet fil-grawnd tal-Mellieħa. It-tim immexxi minn Joe Micallef kien diġa’ 5-1 minn fuq sa tmiem l-ewwel taqsima filwaqt li fit-tieni waħda huma setgħu jikkontrollaw ir-riżultat filwaqt li jiskorjaw gowl ieħor.
Jean Pierre Mifsud Triganza spikka għall-Maltin hekk kif skorja erba’ gowls filwaqt li Malcolm Camilleri u Kevin Sammut żiedu aktar gowls għat-tim tagħhom.
Malta lagħbet b’din il-formazzjoni:
Sean Sullivan, Pio Schiriha, Jeffrey Chetcuti, Brian Said, Gareth Magri, Charlo Magro, Jamie Pace, Dino Cachia, Kevin Sammut, Malcolm Camilleri u Jean Pierre Mifsud Triganza.
Matul il-partita daħlu jilagħbu Leandros Calleja, Mario Camilleri, Colin Ciantar u Roderick Debattista.
L-impenn li jmiss tal-Veterani Maltin se jkun nhar is-Sibt 12 t’April li ġej hekk kif fiċ-Charles Abela Stadium fil-Mosta jaffaċċjaw lil Internacional de Cartagena Veteranos ta’ Spanja.