It-tim nazzjonali Malti tal-Veterani fi tmiem din il-ġimgħa se jkun qed jilgħab partita internazzjonali għal Iberos CF 20th anniversary cup kontra t-tim Spanjol ta’ Iberos CF f’Seville.
Il-kowċ tal-veterani Joe Micallef sejjaħ skwadra ta’ 19-il plejer li se jkunu qed jagħmlu l-mawra fi Spanja.
Iberos CF qed jiċċelebraw l-20 sena mit-twaqqif tagħhom u għal din l-okkażjoni stieden lit-tim nazzjonali tal-veterani sabiex jilgħab kontrihom.
L-iskwadra magħżula minn Joe Micallef għal din il-logħba ta’ ħbiberija hi din:
Goalkeepers: Reuben Gauci, Roderick Debattista.
Difensuri: Stephen Wellman, Carlo Mamo, Dylan Falzon, Gareth Magri, Leandros Calleja, Jonathan Pearson.
Midfielders: Alan Tabone, Dino Cachia, George Frendo, Roderick Briffa, Gareth Sciberras, Roderick Bajada, Kevin Sammut.
Attakkanti: Jean Pierre Mifsud Triganza, Ian Zammit, Adam Smeir, Mark Barbara.
Il-logħba se tintlagħab nhar is-Sibt li ġej f’Estadio La Cartuja f’Seville u tibda fil-5pm. Dan l-istadium li jesa’ madwar 60,000 spettatur u li normalment tintlagħab il-finali tal-Copa del Rey u ħafna mil-logħbiet tat-tim nazzjonali Spanjol.
Din il-mawra se tkun possibbli wkoll grazzi għal Visit Malta.