Il-Veteran tal-gwerra Tom Moore, li kien irnexxielu jiġbor il-miljuni għas-Servizz Nazzjonali tas-Saħħa fir-Renju Unit, inatar Kurunell Onorarju malli għalaq 100 sena. L-okkażjoni kienet immarkata wkoll bi flypast mill-Forzi tal-Ajru Rjali. F’kummenti lill-midja l-Kurunell Moore qal li hija ħaġa ‘straordinarja’ li għalaq mitt sena. Huwa kien irnexxielu jiġbor aktar minn tletin miljun sterlina għas-servizzi tas-saħħa Ingliżi.

Stefan Bajada
Gradwat b'Baċċellerat u Maġisteru mill-Università ta’ Malta. Fl-2018 issieħeb mal-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ ONE, u fl-2023 beda jaqra l-aħbarijiet. Stefan għandu għal qalbu l-politika lokali u l-istejjer umani. Ma jonqosx li l-gżira tat-tliet għoljiet ukoll hija ta’ interess kbir għalih, hekk kif huwa Għawdxi.