Ġewwa t-teatru fl-Isptar Monte Karmeli ittellgħet it-tnax –il edizzjoni tal-wirja tal-għasafar tal-għana.
Fost il-500 għasafur esebit, jispikkaw f’din il-wirja hemm il-vrieden kbar ta’ Malta.Il-president tal-għaqda Sandro Cortis, spjega ma’ One News l-importanza li ingħata dan l-ispeċi ta’ għasfur, fejn maż-żmien din l-ispeċi żviluppat f’razza differenti mill-verdun komuni.
Cortis żied jgħid li dawn l-għasafar huma mrobbija b’dedikazzjoni kbira mill-esebituri, fejn apparti li jikkompetu f’kompetizzjonijiet lokali dawn jikkompetu wkoll barra minn Malta.
Wieħed baqalu ċans iżur din il-wirja sal-Ħadd, fejn apparti l-vrieden ta’ Malta, wieħed jistgħa jitpaxxa b’diversi għasafar ikkuluriti fosthom dawk taż-Żebbuġ, Kardinali, Kruċjati u anke Ekri.