Il-kumpanija li mexxiet il-votazzjoni fil-Venezwela allegat li ċ-ċifra ta’ kemm ħarġu jivvutaw fl-elezzjoni kontroversjali tal-Ħadd kienet imbgħabsa.
Il-kap eżekuttiv ta’ Smartmatic Antonio Mugica qal dan waqt konferenza tal-aħbarijiet f’Londra.
L-awtoritajiet elettorali tal-Venezwela qalu li kienu wieħed u erbgħin punt ħamsa fil-mija tal-elettorat li ħarġu jivvutaw għall-assemblea kostitwenti ġdida. Iżda l-oppożizzjoni qalet li l-figuri kineu mkabbra.
Mugica qal li filwaqt li ddispjaċih il-fatt li n-numri kienu mbgħabsa, il-kumpanija tiegħu żammet rendikont eżatt ta’ kemm ivvutaw, u se jsir audit sħiħ qabel ma jagħti l-figura vera.