L-aġenzija tal-migrazzjoni tan-Nazzjonijiet Magħquda qalet li l-Veneżwela miexja lejn l-istess mument ta’ kriżi tar-refuġjati li seħħet fil-Meditteran fl-2015.Din it-twissija waslet hekk kif il-ġirien tagħhom ippruvaw iwaqqfu l-moviment ta’ persuni li ħarbu mill-kriżi ekonomika tal-Venezwela.
Intant, is-Sibt il-Peru daħħal regolamenti tal-fruntiera ġodda – f’ġurnata wara li l-qorti reġġgħet lura l-attentat tal-Ekwador biex isaħħaħ il-kontrolli tiegħu stess.
Mill-2014 ‘l hawn, aktar minn żewġ miljun persuna mill-Venezwela ħarbu mill-pajjiż.