Il-Vatikan ikkundanna liġi fl-Italja li tagħti protezzjoni usa’ lill-komunità LGBTIQ, f’dik li ġiet deskritta bħala mossa bla preċedent mill-attivisti.
Jidher li l-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Vatikan bagħat ittra uffiċjali lill-Gvern Taljan fejn qal li l-liġi proposta tmur kontra ftehim diplomatiku bejn l-Italja u l-Vatikan.
Filwaqt li kelliem għall-Vatikan ikkonferma li kien hemm komunikazzjoni fl-aħħar jiem, ma kkonfermax li dan kien is-suġġett. Fost oħrajn, il-liġi tipproponi li l-iskejjel jorganizzaw attivitajiet f’jum stabbilit, biex tkun miġġielda l-omofobija.