Id-Direttur għall-midja tal-Vatikan ċaħad li l-Vatikan se jieħu responsabbiltà diretta ta’ Medjugorje, post fil-Kroazja popolari ħafna wkoll mal-Maltin, tant li eluf fis-sena jżuruh minħabba d-dehriet li jingħad li għamlet il-Madonna. Jidher li hemm kunflitt bejn il-Franġiskani li jmexxu l-Knisja tal-post u l-Isqfijiet tal-post, li mhux darba u tnejn wissew kontra l-fenomenu ta’ Medjugorje.
Iżda Lombardi qal li l-ħsieb li quddiem dan il-kunflitt jaħtru amministratur mill-Vatikan hija waħda minn diversi għażliet. Dan għax ikun ifisser li l-Vatikan ikun ta l-barka tiegħu għad-dehriet li jingħad li jkun hemm. Iktar minn sena ilu Kummissjoni Speċjali tqabdet mill-Vatikan biex tinvestiga l-każ u r-rapport għadda lill-Kongregazzjoni tad-Duttrina tal-Fidi. Minkejja dan, ma tħabbarx ir-riżultat tiegħu, anke jekk kien ingħad li dan kellu jieħu “ftit xhur” biex jitlesta.