Il-Vatikan għaddej b’investigazzjoni f’ħidma konġunta ma’ Instagram rigward il-like li saret mill-Instagram uffiċjali tal-Papa Franġisku fuq ritratt ta’ mudella Brażiljana tippoża b’uniformi.
Għadu mhux ċar meta seħħet din il-like iżda li hu żgur bosta ġurnali barranin online laħqu nnutaw din il-mossa qabel ma tneħħiet il-like minn fuq ir-ritratt.
Sorsi qrib il-Vatikan qalu mal-Aġenzija tal-aħbarijiet kattoliċi li l-profil tal-Papa huwa mmexxi minn tim ta’ nies u għaldaqstant kellha tiskatta investigazzjoni interna.