L-istat Awstraljan ta’ New South Wales irrapporta tletin każ ġdid ta’ COVID-19 fit-tieni ġimgħa ta’ lockdown f’Sydney.
Din il-lockdown tkopri ħames miljun persuna f’dan l-istat, li jinkludu lil Sydney, il-Blue Mountains u Wollongong.
Il-każijiet attivi tal-varjant infettiv Delta telgħu għal mija u għaxra.
Il-Pulizija Awstraljana qed tuża teknoloġija li tagħraf il-pjanċi tar-reġistrazzjoni tal-karozzi ħalli tissorvelja l-vetturi u tassigura li ħadd ma joħroġ miż-żona tal-lockdown.